Grazzi

lil Joe tal-Vann talli cedieli fir-roundabout t'Albert Town meta rani tiela naqdef...
lil Maria li resqet fil-genb fit-traffiku biex inkun nista' nghaddi bir-rota...
lil Philip tal-Mutur li kien gej mill-faccata u cedieli biex nghaddi minn-nofs fil-Fgura...
lil Simon tal-Peugeot l-bajda talli hallieli l-wisa' biex nghaddi minflok ma ghafasni biex jaqbez...
lil Petra talli ghazlet hi wkoll li tibda tivjagga bir-rota u tnaqqas it-tniggiz tal-arja...
lil William talli skuza ruhu meta hareg bil-pass ghall-gharrieda minn wara vann u kwazi tefghani mal-art...
lil Glenn tal-Hobz talli jinkuraggini kull meta jarani bir-rota...
lil PC Bonello, talli zamm lura u tani c-cans neqleb il-lanes biex nidhol il-Hamrun mill-Blata l-Bajda...
lil Matthew l-gar, li jaghtini pariri fuq rotot u jirrakonta ma xiex jiltaqa hu stess b'taghlima...
lil Josianne talli rrispettat id-dritta fir-roundabout u hallietni nghaddi kif suppost...
lil Andrew, ufficjal tat-TM li jsellimli kull meta nsibu ghassa mal-gate tal-Bacir Nru 7...
lil Mike, li ispirani biex nibda nivjagga bir-rota meta kaxkarni bl-ezempju...
lil Phyllis, li waqfet issaqsini jekk weggghajtx meta skidjajt u spiccajt mal-art...
lil Brian, li hadem biex titwahhal bike rack fuq il-post tax-xoghol ha nkun nista' norbotha b'sikurezza...
lil Charles, l-imghallem li accetta u lil Reuben, li attwalment wahhalha...
u lil mibki missieri Karmenu, li ghalliemni nsuq ir-rota u taghni l-liberta' li naghzel kif nivjagga!

Contributed to BAG by Mr Jonathan Barbara on 19.09.2019 to commemorate European Mobility Week

Bicycle Advocacy Group