Ersaqli

Ersaqli ngħid lil tat-trakk mimli ġebel tal-kostruzzjoni, li qisu jħossu li xtara t-triq, peress li hu kbir u jagħmel l-istorbju.

Ersaqli ngħid lil tal-vann li waqaf quddiem l-iSphinx biex jixtri pizza, u baqa bil-van ipparkjat fin-nofs sakemm jikolha.

Ersaqli ngħid lill-karozza li biex qabżitni marret fil-kareġġjata opposta, u sabet xarabank ma’ wiċċha li għan-naqra ma’ faqgħetiex.

Ersaqli ngħid lil tal-minibus mimli tfal tal-iskola, li ħass li kellu jiġi quddiemi avolja kien warajja sakemm qed nistennew mal-lights.

Ersaqli ngħid lil dak is-sinjur li għajjarni "Injoranta" għax għidtlu li ma jistax juża l-mobile waqt li qed isuq.

Ersaqli ngħid lil għexieren ta’ karozzi kuljum, li jipparkjaw kif ġie ġie tant li tħossok qed taħkmek l-OCD meta ma tistax tibqa ssegwi il-linja mmaġinarja li pinġejt f’moħħok.

Ersaqli ngħid lil dak il-pervertit li neżżgħani b’għajnejh waqt li għaddejja għall-affari tiegħi u qalli, b’ton li jkexkxek - "X’nagħmillek …", waqt li saq inkaxxat minn miegħi.

Ersaqli tridx? It-triq tiegħi ukoll.

Contributed to BAG by Michelle Attard Tonna on 18.09.2019 to commemorate European Mobility Week

70729199_10158469378298273_8893449549872365568_o.jpg
Bicycle Advocacy Group